Kommoss Moved or touched

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Hemm żewġ sinjali differenti għal KOMMOSS(A). L-ewwel sinjal isir biż-żewġ idejn forma ta’ 5 miftuħa bil-pala tħares ’il ġewwa. L-idejn jitqiegħdu fuq is-sider waħda ’l fuq mill-oħra waqt li r-ras titbaxxa ’l quddiem s-sider jinġibed lura ftit. Imbagħad id tingħalaq ftit u terġa tinfetaħ f’daqqa waqt li tintefa’ ftit ’il quddiem. It-tieni sinjal isir b’id waħda li tieħu l-forma ta’ 5 milwi bil-ponot tas-swaba’ jmissu. L-id tagħmel qisu timsaħ taħt għajn waħda xi darbtejn.

There are two signs for MOVED or TOUCHED. The first sign is made with both hands in the shape of open 5 with palms facing inwards. The hands are placed on the chest, one slightly higher than the other whilst the head is lowered forward and the chest is pulled back a little. Then one hand is closed a little and opens up suddenly as it is thrown forward a little. The second sign is made with one hand in the shape of bent 5 with fingertips touching. The hand brushes under one eye twice or more.